L-Akkademja tal-Malti flimkien mal-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti, David Agius Muscat, George Mifsud u David Muscat, organizzaw sessjoni ta’ tweġib għal mistoqsijiet dwar problemi pendenti fuq l-ortografija tal-Malti.
Is-sessjoni saret fis-27 ta’ April 2012, mill-5.30 sas-7 ta’ filgħaxija fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu (NCC), il-Ħamrun, u mexxieha s-Sur Carmel Azzopardi, il-President tal-Akkademja tal-Malti u awtur ta’ diversi kotba.
Għaliha attendew b’mod volontarju numru sabiħ ta’ għalliema tal-primarja u s-sekondarja mill-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti u staqsew il-mistoqsijiet tagħhom fuq l-ortografija Maltija.
L-għalliema li għandhom mistoqsijiet dwar l-ortografija tal-Malti huma mħeġġin jaraw it-taqsima tal-Ortografija li hemm fuq il-ġenb tal-lemin ta’ dan is-sit. Hemmhekk kontinwament intellgħu l-mistoqsijiet l-aktar komuni tal-għalliema. Jekk ma ssibx tweġiba minn hemm, tista’ tibagħtilna l-mistoqsija tiegħek.
Ara wkoll it-tagħrif fuq din l-attività mill-paġna taċ-ċirkularijiet (Ċirkulari 77/2012).