Il-kotba obbligatorji tal-lingwa komplew jiġu riveduti u aġġornati minn bordijiet ta’ esperti approvati mid-Dipartiment tal-Kurrikulu. Fl-aħħar xhur ġew stabbiliti l-kotba tal-ħames u s-sitt sena. Issa ntgħażlu wkoll il-kotba għat-tielet u r-raba’ sena. Kotba oħra ġodda tal-lingwa qed jintużaw minn din is-sena wkoll fl-ewwel u t-tieni sena tal-Primarja.
B’hekk nistgħu ngħidu li l-kotba kollha tal-lingwa Maltija fil-primarja ġew aġġornati kemm mill-aspett ortografiku (biex jirriflettu l-aħħar aġġornament fl-ortografija) kif ukoll mill-aspett pedagoġiku, fit-tagħlim tal-erba’ ħiliet ewlenin tal-lingwa.
Għal tagħrif ieħor tista’ tara din iċ-ċirkulari.