Bejn it-22 t’April u s-27 ta’ Mejju id-Dipartiment tal-Kurrikulu u t-Tagħlim Elettroniku flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti organizzaw kors volontarju ta’ aġġornament fl-ortografija tal-Malti għall-għalliema tal-primarja.
F’dawn is-sitt ġimgħat, kienu għaddejjin żewġ korsijiet fl-istess ħin – wieħed f’Malta fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, Tal-Ħandaq (il-Kulleġġ San Injazju) u l-ieħor f’Għawdex fl-Iskola Sekondarja tas-Subien, ir-Rabat (il-Kulleġġ ta’ Għawdex).
B’kollox attendew 45 għalliem u għalliema tal-primarja. Dawn ingħataw ċertifikat fl-aħħar sessjoni tal-kors. Prosit lil dawn l-għalliema li attendew bi ħġarhom biex jirfinaw il-ħiliet tagħhom fl-ortografija.
Nirringrazzjaw lil Dr Francis Abela u lis-Sa Marija Montebello, il-Kapijiet li laqgħuna fl-iskejjel tagħhom, lis-Sur Alan Saliba, Kap tad-Dipartiment tal-Malti, u lis-Sa Anita Sciberras, Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex.
Grazzi wkoll lill-għalliema tal-kors Norman C. Borg, Karl Scicluna u Olvin Vella.
Tul is-sena skolastika li jmiss se nkomplu b’aktar korsijiet minn dawn.