Il-Milied reġa’ wasal u bħalissa fl-iskejjel tagħna nibdew inħabblu moħħna kif se narmaw il-kurituri u l-klassijiet. Infakkrukom biex tużaw messaġġi bil-Malti, bħal Il-Milied it-Tajjeb, Xewqat Sbieħ, Is-Sena t-Tajba, u oħrajn.
Hawnhekk għandkom pass pass kif tagħmlu kartolini tal-presepju (istruzzjonijiet u forom għat-tqasqis) u tas-siġra tal-Milied (istruzzjonijiet u forom għat-tqasqis). Nirringrazzjaw lill-għalliema Josette Baldacchino li ħadet ħsieb tibni dawn il-preżentazzjonijiet bir-ritratti biex intom tkunu tistgħu taħdmu dawn il-kartolini fil-klassijiet tagħkom.
Nistiednukom tidħlu hawnhekk fejn għandkom aktar riżorsi fuq il-Milied.