Bidla fl-għażla tan-novelli obbligatorji mill-antoloġiji Arja Friska 1 u 2

L-għalliema tal-Malti huma mgħarrfa li għas-sena skolastika li jmiss, 2016-2017, l-għażla tan-novelli obbligatorji mill-antoloġiji Arja Friska 1 u 2 ser tinbidel u ser jiddaħħlu novelli ġodda skont kif muri fil-lista t’hawn taħt.

In-novelli obbligatorji b’seħħ minn Settembru 2016

  • Għas-Seba’ Sena
    L-Imħatra tal-Ħallelin ta’ Dun Xand Cortis
    Il-Ġennien ta’ Gorg Borg
    Demgħa ta’ Anselm Sciberras
    Ġaħan u l-Ġurdien ta’ Gorg Mifsud-Chircop
  • Għat-Tmien Sena
    Ħbub tad-Deheb ta’ Trevor Żahra
    Saver Iridha ta’ Mosè ta’ Oliver Friggieri
    L-Emigrant ta’ Lawrence Mizzi
    Wegħda mal-Erwieħ ta’ Lino Psaila

L-għalliema huma mfakkra li f’dan is-sit malti.skola.edu.mt hawn għadd ta’ riżorsi marbutin ma’ dawn in-novelli ġodda li jinkludu, fost l-oħrajn, karti tat-taħriġ kif ukoll qari rrikordjat tagħhom biex jintużaw fil-klassi. Kull min iħejji xi materjal ieħor b’rabta mat-tagħlim ta’ dawn in-novelli u jogħġbu jidher fl-imsemmi sit, jista’ jgħaddih lill-Kap tad-Dipartiment tal-Malti tal-kulleġġ tiegħu jew lill-Uffiċjal Edukattiv inkarigat. Kull xogħol mogħti jiġi apprezzat u mtella’ f’isem min ikun għamlu.

Aktar tagħrif fiċ-ċirkulari: DCM-087