Wara s-suċċess miksub sentejn ilu bl-ewwel kors ta’ aġġornament ikkoordinat mill-Uffiċjal Edukattiv David Agius Muscat u mmexxi bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, din is-sena applikaw 44 għalliem għal dan il-kors volontarju.
Din is-sena l-kors se jiffoka fuq l-aġġornament tal-grammatika, ir-riżorsi marbutin mal-proġett tal-lingwa, it-tħaddim tal-Malti bil-kompjuter u taħriġ fl-ortografija.
Il-materjal b’rabta mat-taqsima fuq il-Malti u l-kompjuter (tal-Ħamis) issibu hawn:
Fil-qosor:
Kors Volontarju ta’ Aġġornament tal-Malti għall-Għalliema (V 35/10)
L-Użu tal-Malti fil-Kompjuter u Aġġornament tat-Tagħlim tal-Morfoloġija, l-Ortografija u l-Istorja tal-Lingwa
POST: Iċ-Ċentru tal-Konferenzi Mikiel Anton Vassalli, Sala A, l-Università, l-Imsida
DATI: Is-7, it-8 u d-9 ta’ Lulju 2010
ĦIN: 8.30 am – 12.30 pm