Riżorsi tas-smigħ fuq il-Figuri tad-Diskors għas-Sitt Sena tal-Primarja

Preżentazzjoni u taħriġ li jkopru l-kisba K7 tas-Smigħ tas-sillabu l-ġdid tas-Sitt Sena tal-Primarja. Permezz ta’ dawn ir-riżorsi l-istudenti se jisimgħu u jagħrfu eżempji ta’ alliterazzjoni, rima, onomatopea, metafori sempliċi, personifikazzjoni u similitudnijiet f’testi mismugħa. Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.