Vetrina

F’din il-paġna wieħed jista’ japprezza permezz tar-ritratti, prattiċi u ideat marbutin ma’ attivitajiet ta’ tagħlim kif ukoll esibizzjonijiet li jippromwovu xogħol l-istudent.

L-iskop huwa li:

  • naqsmu ideat ta’ kif jista’ jiġi esibit ix-xogħol tal-Malti tal-istudent u tal-għalliema,
  • niċċelebraw ambjenti addattati u motivati fejn qed isir it-tagħlim tal-Malti,
  • inħeġġu għalliema oħra jaqsmu magħna l-prattiċi u l-ideat tajbin tagħhom.

Għalkemm ħafna mir-ritratti jitkellmu waħedhom, oħrajn huma marbutin ma’ pedagoġija li se nkunu qegħdin nispjegawha fil-qosor.


Il-Malti… …Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr

Magazin elettroniku kkreat bi sħab mat-taqsima tal-lingwi tal-Fakultà tal-edukazzjoni. Għal-lingwa Maltija ħa sehem is-Sur Christian Spiteri mill-iskola Medja tan-Naxxar. Fih kitbiet b’ġeneri differenti u anke xi logħob, kollha kemm huma xogħlijiet l-istudenti  tal-ewwel u t-tieni sena fl-iskola Medja tan-Naxxar.

Ħolqien ta’ riżorsi simili jistgħu jkunu parti mil-lezzjonijiet tal-Malti u t-tema trasversali tal-Litteriżmu Diġitali. Din ir-rivista nħolqot b’xejn onlajn permezz tas-sit www.joomag.com u tista’ taċċessaha wkoll onlajn 
Magażin tal-Malti - Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr - Christian Spiteri


 

Żjara marbuta mal-Proġett Il-Folklor Malti tal-Ewwel Sena tas-Sekondarja

Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016, studenti tal-ewwel sena mill-klassi tas-Sa Maria Vella mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca, kellhom esperjenza sabiħa ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu. Hemmhekk ipparteċipaw fi programm imħejji minn Heritage Malta b’rabta mas-sillabu tal-Malti dwar il-folklor tagħna.

L-ewwel parti tal-programm kienet marbuta mal-ilbies tradizzjonali Malti tan-nisa u l-irġiel. Il-Kuratur tal-Palazz tal-Inkwiżitur is-Sur Kenneth Cassar spjega lill-istudenti l-proċess tal-produzzjoni tad-drapp mill-qoton u l-kliem ewlieni tal-ilbies tradizzjonali Malti bħat-terħa, il-milsa, iċ-ċuqlana u l-kabozza waqt li raw kif kienu jintlibsu. Wara bl-għajnuna tas-Sa Jennifer Buġeja, l-istudenti ħadu sehem f’żewġ attivitajiet relatati. Fl-ewwel attività riedu jagħżlu l-ħwejjeġ tradizzjonali minn ħwejjeġ aktar moderni. Imbagħad b’dawk l-istess ħwejjeġ tradizzjonali libbsu żewġ manikini; wieħed minnhom jirrappreżenta lin-nisa u l-ieħor lill-irġiel. Wara l-istudenti waħħlu immarkaw l-istess ilbies permezz ta’ leħħiet li juru l-ilbies differenti li ntuża.

It-tieni attività kienet il-qofol ta’ kollox. L-istudenti ħadu sehem f’reċta li kienet rappreżentazzjoni ta’ smigħ ta’ kawża quddiem l-Inkwiżitur li seħħet tassew f’dan il-Palazz bosta snin ilu. Qabel ir-reċta, l-istudenti libsu l-kostum tal-karattru li kienu qed jirrappreżentaw fir-reċta fosthom in-nutar, il-qassis, l-Inkwiżitur, l-akkużata, iċ-ċerimonjier u x-xhieda.

L-istudenti ħadu sehem b’serjetà kbira u interessaw ruħhom ħafna. Din il-ħarġa serviet bħala l-punt tat-tluq għall-proġett tal-Malti li se jaħdmu fil-ġimgħat li ġejjin.


Nitgħallmu mill-Eurovision – Skola Medja – Kulleġġ San Injazju

Mit-Tnejn 14 sal-Ġimgħa 18 ta’ Novembru, klassi tal-Malti tal-Ewwel Sena ħadet sehem fi proġett edukattiv differenti mis-soltu. Dan għaliex huma ġew mgħallma żewġ topiks tal-grammatika (l-artiklu u l-artiklu mal-partiċelli) u ġeneru ta’ kitba (djalogu) permezz ta’ riżorsi edukattivi marbutin mal-Eurovision u mal-Junior Eurovision fosthom filmati, intervisti, kanzunetti u ritratti. L-istudenti ħadu gost jitgħallmu permezz ta’ attivitajiet marbuta ma’ kantanti lokali bħal Ira Losco u Amber, u kantanti barranin bħall-kantanti ċkejknin tal-Junior Eurovision 2016. Emmelie De Forest, rebbieħa internazzjonali tal-Eurovision Song Contest 2013 u Christina Magrin li rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision 2016 aċċettaw li jinvolvu ruħhom fil-proġett edukattiv tagħna. Lezzjoni oħra b’differenza kienet meta b’sorpriża għal din il-klassi, il-kantanta popolari Gaia, l-ewwel rebbieħa Maltija tal-Junior Eurovision 2013, ingħaqdet mal-istudenti fil-lezzjoni sabiex tgħinhom jiktbu d-djalogi li kienu qed jiktbu fuqha stess! Għal dawn il-lezzjonijiet kienu preżenti l-Kap tal-Iskola, il-Prinċipal tal-Kulleġġ u l-Uffiċjal Edukattiv tal-Malti li lkoll kemm huma taw is-sapport biex naħdmu fuq dan il-proġett edukattiv. Ħajr lil Dr. George Cremona kif ukoll lill-għalliema s-Sa Janica Magro.

junior


Il-Klassi tas-Sa Dorianne Vassallo, għalliema tal-Malti fl-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, il-Ħamrun.

Rapport dwar attività fl-okkażjoni ta’ Jum Dun Karm (17/10/2016) fl-Iskola Primarja  ta’ Ħal Kirkop, Kulleġġ San Benedittu.

dun-karm-special-assemblyIkklikkja hawn biex tara l-Album.

Jien Qattus – Kitbiet ta’ Kaylen Bugeja, Aisha Mifsud Borg u Nor Adden Galea mill-Iskola Primarja ta’ San Ġwann, Kulleġġ Santa Klara (Għalliema is-Sa Rebecca Falzon).

L-istudenti ħadmu t-taħriġ il-fehem minn Stilel ta’ Jien Qattus. Wara segwew preżentazzjoni fejn iddiskutew l-affarijiet importanti fil-ħajja ta’ qattus, kif iqatta’ l-ġranet tiegħu u x’differenzi hemm bejn qattus li jgħix fid-dar u dak li jgħix barra fit-triq. Hawnhekk tista taqsam t-tfal fi gruppi sabiex iniżżlu nomi u aġġettivi relatati ma’ dan. F’lezzjoni oħra l-istudenti tħarrġu f’idjomi u espressjonijiet sbieħ li jistgħu jintużaw fil-kitbiet u raw kif jistgħu jinkluduhom fil-kitba tagħhom. Fl-aħħar nett it-tfal kollha ħadmu b’mod individwali fuq il-mistoqsijiet li bnejna flimkien fuq il-bord waqt li kienu mgħejjuna b’mod kontinwu mill-għalliema tagħhom speċjalment fejn kellhom xi diffikultà.

Jien Qattus


Skola Medja tar-Rabat, Kulleġġ San Nikola. (Carmeline Micallef)

Ħajjet il-Maltin, lura fiż-żmien: strumenti antiki, ħwejjeġ ta’ dari, ikel tipiku Malti, il-Karnival u għanjiet l-anzjana Grezz!

Inbati biex noħloq storja. L-istampi jagħtuni daqqa t’id!

SAM_0356

Mort għand tal-growser.
Imnalla ħadt miegħi l-lista tax-xirja!
Smajna … kantajna … għazilna l-kliem u l-istampi!
U hekk hu … għalikom … il-kanzunetta:
Il-Bajja tal-Mellieħa!

Ejjew noħolqu l-kliem! Lesti għall-isfida?


Skola Sekondarja Naxxar, Kulleġġ San Nikola

Xogħol dwar temi kurrenti organizzat fuq sfond li jirrappreżenta set tat-televiżjoni.


Skola Nazzjonali Sport

Għalliema: Vania Cauchi, Lisa Busuttil u Josette Bugeja Micallef

Skola Sekondarja (In-Naxxar) Kulleġġ San Nikola

Għalliem: Ray Saliba