Il-Qwiel u l-Idjomi – 4 SEK

IL-WERREJ TAL-PAĠNA

QWIEL

L-Oriġini u t-Tifsir ta’ Kliem u Espressjonijiet

 


 

QWIEL

  Qwiel dwar ix-xahar ta’ Diċembru spjegati minn Doreen Coleiro, Uffiċjal Edukattiv tal-Malti.

    Diċembru jkennen fid-dar lill-kbar u liż-żgħar.
    F’Diċembru l-ħobża magħġuna u l-ftira sħuna.
    Sal-Milied la bard u l-anqas ksieħ.
    Fil-Milied itfa’ l-ixkubetta fuq l-utiet u l-moħriet neħħi mill-wied.
    Fil-Milied nieklu tliet darbiet.
    Meta jasal il-Milied, l-omm titma’ l-platti bil-ftiet, il-missier iqabbad iż-żnied.
    Nhar Santa Luċija, il-jum jitwal b’pass ta’ tarbija.

 

KLIEM U ESPRESSJONIJIET

L-Oriġini u t-Tifsir Ta’ Kliem u Espressjonijiet Li Niltaqgħu Miegħu fil-Kitba u fit-Taħdit.( Isma’ jew niżżel il-fajl)

  Kliem bl-ittra Għ

(għabex, għadsa/għads, għazza/għazz, għaġuża)

  Kliem bl-ittra Ħ (1)

(ħanġra, ħanxul, ħaramija, ħarq, ħatambu, ħatba, ħatem, ħawli, ħawsla)

  Kliem bl-ittra Ħ (2)

(ħdan, ħemel, ħliefa, ħobż (tal-maħlut, tal-Franċiż, tal-birra, tal-kexxun, ta’ Sant Antnin, ta’ San Nikola))

  Kliem bl-ittra Ħ (3)

(ħobża u sardina (Malta ħanina, ħobża u sardina), ħorrox borrox (ta’ ħorrox borrox, iż-żebgħa u l-istokk jgħatti kollox), ħruq ta’ Sant Antnin)

   Kliem bl-ittra I (1)

(imbatt, inċira, indiġenu, ingall, ingropp, inkjostru (klamar), invjar, isa)

  Kliem bl-ittra I (2)

(imbuljuta, impoppa (riħ impoppa), ippoppa, impappa, imbjank)

  Kliem bl-ittra K (1)
(ta’ kafkaf, kawwara, kakkmu / ikkakkmat, kalandra (jgħid daqs kalandra))

  Kliem bl-ittra K (2)

(kappestru, karambola, karfusu, karmus/kermus, kawlata)

  Kliem bl-ittra K (3)

(kazzola, keffa, kelb tal-fenek, kenur, kewkba tax-xuxa)

  Kliem bl-ittra K (4)

(kina, konka, konz, kożbor)

  Kliem bl-ittra L (1)

(Il-Laferla Cross/Is-Salib tal-Għolja, lakumja, lambretta, lampara, lampik, lant)

Kliem bl-ittra L (2)

(lanżita, laqxa, laqmijiet, lavanja, lbieba)

Kliem bl-ittra L (3)

(Lepanto, lewwiemi/lewliemi, lħit, Liesse)

Kliem bl-ittra L (4)

(likk, lixka/liska, lobbja)

  Kliem bl-ittra M

(Madalena (duwa tal-Madalena), magħlef, magħżel, majna, makakk, makkjetta, Malku)