Il-Qari – 1 SEK

Riżorsi b’taħriġ marbut mal-qari dwar l-istorja, il-karattri, il-bijografija tal-awtur, il-ħrafa u l-leġġenda, il-poeżija u l-werrejja għall-ktieb. Dawn il-karti tat-taħriġ tħejjew minn Helen Barbara u Helmut Cassar mill-Aġenżija tal-Litteriżmu.

 

Il-Malti… …Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr

Magazin elettroniku kkreat bi sħab mat-taqsima tal-lingwi tal-Fakultà tal-edukazzjoni. Għal-lingwa Maltija ħa sehem is-Sur Christian Spiteri mill-iskola Medja tan-Naxxar. Fih kitbiet b’ġeneri differenti u anke xi logħob, kollha kemm huma xogħlijiet l-istudenti  tal-ewwel u t-tieni sena fl-iskola Medja tan-Naxxar.

Ħolqien ta’ riżorsi simili jistgħu jkunu parti mil-lezzjonijiet tal-Malti u t-tema trasversali tal-Litteriżmu Diġitali. Din ir-rivista nħolqot b’xejn onlajn permezz tas-sit www.joomag.com u tista’ taċċessaha wkoll onlajn 
Magażin tal-Malti - Naqra, Nitpaxxa, Nixtarr - Christian Spiteri