Il-Qwiel u l-Idjomi – 2 SEK

Il-Werrej tal-Paġna

Qwiel

Idjomi

      Spjegazzjoni ta’ Idjomi b’temi differenti(David Muscat)

QWIEL U IDJOMI

Tpinġijiet li jirrappreżentaw il-Qwiel tat-2 Sena

Impinġijin mill-għalliema tal-Arti, Sue Flask.

Il-fsied iħassar ‘l-ulied. Bogħod mill-għajn bogħod mill-qalb. Il-ħuta minn rasha tinten.
Dak li tiżra’ taħsad. Iż-żejjed ħu n-nieqes. Il-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel.
Mal-magħmul m’hemmx kunsill. Kelb li jinbaħ ma jigdimx. Ix-xogħol salmura tal-ġisem.
Ebda warda bla xewka. Skont id-daqqa niżfnu. Tgħoddx il-flieles qabel ma jfaqqsu.
Għal kull għadma hawn mitt kelb. Il-kliem iqanqal u l-eżempju jkaxkar. L-ikbar trux min ma jridx jisma’.

Tista’ tniżżel l-istampi f’daqqa billi tikklikkja hawn taħt.

Qwiel tat-2 Sena 1

Qwiel tat-2 Sena 2

Qwiel tat-2 Sena 3

Il-Qwiel tal-Ewwel Sena spjegati mis-Sur David Muscat, Uffiċjal Edukattiv tal-Malti. (Isma’ jew niżżel il-fajl.)

  Qwiel 1

~  Il-fsied iħassar ‘l ulied.

~  Iż-żejjed ħu n-nieqes.

~  Li tiżra’ taħsed.

~  Il-ħuta minn rasha tinten.

~  Bogħod mill-għajn bogħod mill-qalb.

  Qwiel 2

~  Il-qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel.

~  Kelb jinbaħ ma jigdimx.

~  Mal-magħmul m’hemmx kunsill.

~  Ebda warda bla xewka.

~  Ix-xogħol salmura tal-ġisem.

  Qwiel 3

~  Skont id-daqqa niżfnu.

~  Tgħoddx il-flieles qabel ma jfaqqsu.

~  Għal kull għadma hawn mitt kelb.

~  L-ikbar trux min ma jridx jisma’.

~  Il-kliemiqanqal u l-eżempju jkaxkar.

  Qwiel dwar ix-xahar ta’ Jannar

~  F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar.

~  F’Jannar ix-xiħ jew fis-sodda jew l-isptar.

~  Jannar ma fihx ħlief għaks, bard u mrar.

~  Il-bard ta’ Jannar iqaxxar ġild il-ħmar.

~  F’Jannar ix-xitwa tagħmel tagħha, allaħares ma jkollokx fejn tilqgħalha.

~  F’Jannar u Frar l-ixkubetta ħalliha d-dar.

~  Jannar igezzizna/igeddisna ġewwa d-dar.

  Qwiel dwar ix-xahar ta’ Frar

~  Frar ifawwar il-bjar li jkun mela Jannar.

~  Frar fawwar tal-bidwi għana fid-dar.

~  Fi Frar il-kaboċċi agħtiha lill-ħmar.

~  Frar jgħakkes lix-xjuħ u liż-żgħar.

~  Frar jiġbor lil kulħadd id-dar.

~  Fi Frar it-tiġieġ dejjem ġol-għar.

~  Frar daqqa fawwar u daqqa qattar.

~  Nhar San Pawl it-temp ibiddel seba’ darbiet.

 Qwiel 2 Justin

Preżentazzjoni b’xi qwiel tat-tieni sena imħejjija minn Justin Schembri.

Idjomi

Idjomi spjegati mis-Sur David Muscat, Uffiċjal Edukattiv tal-Malti. (Niżżel jew isma’ l-fajl.)

xoghol1

  Idjomi bil-kelma Xogħol.

kappell

  Idjomi bil-kelma Kappell.

Ghajn

  Idjomi bil-kelma Għajn 1.

  Idjomi bil-kelma Għajn 2.

kliem  Idjomi bil-kelma Kliem.

 

Taħriġ fuq idjomi bit-tema tal-baħar u ħlejjaq ta’ ġo fih.

(Komik ta’ Jessica Schembri u Daniela Baldacchino)

PDF | DOCMarsaxlokk

Logħba tal-Memorja bi stampi u ismijiet ta’ ħut u ħejjaq tal-baħar marbuta ma’ idjomi.
(Qabbel l-istampa ma’ isem il-ħlieqa)

Vokab HutLogħba interattiva 1 b’espressjonijiet dwar ħut u ħlejjaq tal-baħar.
(Qabbel l-Idjoma mat-tifsira)

hut1

Logħba interattiva 2 b’espressjonijiet dwar ħut u ħlejjaq tal-baħar.
(Qabbel l-Idjoma mat-tifsira)

hut-2Logħba interattiva 3 b’espressjonijiet li marbuta ma’ vokabolarju relatat mal-baħar.
(Qabbel l-Idjoma mat-tifsira)

bahar-1

Filmat fuq il-kelma Klamar (Bil-pinna u l-klamar.) (FIMBank)