Werrej tal-Paġna
- Riżorsi marbuta mal-qari (Aġenzija tal-Litteriżmu)
- Tilwima KKulurita – Silta għall-Qari u Karti tat-Taħriġ
- Djalogu Argumentattiv – L-Uniformi (Michela Saliba)
- L-Użu ta’ Dizzjunarju jew Teżawru (Elysia Ciantar)
- Qari ta’ siltiet b’reġistri differenti (Paul Gatt)
- Taħriġ fuq il-qari ta’ Novella – Is-Surmast: Stejjer veri li qatt ma ġraw ta’ Charles Qasha (Claire Zahra De Domenico)
- Taħriġ fuq il-qari ta’ Silta b’Tema Soċjali – Id-Diskriminazzjoni u l-Ibbuljar (Paul Gatt)
Il-Proġett Kotba fil-But
R2 / R3 K1 – Nagħraf li l-awturi jinqdew bi stili u forom differenti ta’ kitba, ngħidu aħna, bir-rima, ir-ritmu, il-personfikazzjoni, il-metafori, l-iperbole u figuri oħra tat-taħdit u tal-ħoss fil-poeżiji; bid-daħla, il-qalba u l-għeluq f’kitbiet; bil-plott u s-sottoplott, l-ambjent u l-karattri fi storja; bil-vuċijiet differenti fir-rakkonti, u l-bqija.
Riżorsi b’taħriġ marbut mal-qari dwar l-istorja, il-karattri, il-bijografija tal-awtur, il-ħrafa u l-leġġenda, il-poeżija u l-werrejja għall-ktieb. Dawn il-karti tat-taħriġ tħejjew minn Helen Barbara u Helmut Cassar mill-Aġenżija tal-Litteriżmu.
Tilwima KKulurita
Silta għall-Qari u Taħriġ immirat għall-istudenti ta’ Rotta 1
R1 K2 – Nifhem dak li naqra, ngħarblu, nifforma opinjoni dwaru u nesprimiha.
R2 / R3 K6 – Nislet minn testi tal-qari argumentattivi, l-ideat ewlenin minn dawk sekondarji u nagħtihom bil-fomm jew bil-kitba f’taqsira jew punti waqt li nżomm f’moħħi l-iżvilupp tematiku, it-tifsira tal-ħsibijiet u l-mixja tal-ġrajja/iet.
Djalogu Argumentattiv
L-Uniformi – Kartun (Michela Saliba)
Dan il-kartun jista’ jintuża għat-tqanqil tal-ħsieb dwar is-suġġett tal-uniformi.
Biex temenda dan il-kartun niżżel u installa l-Cartoon Story Maker
Din ir-riżorsa tista’ tintuża bħala introduzzjoni għall-kitba ta’ Komponiment Argumentattiv.
L-Użu ta’ Dizzjunarju u Teżawru
R3 K5 Ninqeda sew b’dizzjunarji u teżawri biex infittex il-kliem li ma nkunx naf xi jfisser, kif jinkiteb, kif jingħad u kif jinqara, fi kliem ieħor, billi nuża l-ordni alfabetika l-għerq jew iz-zokk morfemiku, il-mamma jew il-forma ewlenija tal-kelma, l-etimoloġija, u l-bqija.
Qabbel il-kliem mat-tifsir – Riżorsa Interattiva Online marbuta ma’ Kapitlu 4 – Għajnejn tar-rumanz Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta (Elysia Ciantar)
Qari ta’ Siltiet b’Reġistri Differenti
R2 / R3 K7 – Naqra reġistri differenti tal-Malti fosthom fuq oqsma bħall-Matematika, ix-Xjenza, il-Ġeografija, l-Istudji Soċjali, l-Istorja, ir-Reliġjon, it-Teknoloġija tal-Informatika, ix-Xjenza Domestika, l-Arti, l-Edukazzjoni Fiżika u d-Disinn Teknoloġiku, l-Istudju fuq l-Iżvilupp Personali, id-Drama u l-Arti Espressiva.
Il-Fenek Salvaġġ – Reġistru Fawnistiku | Ajma Żaqqi – Reġistru Mediku |
Ir-riħ – Reġistru Meterjoloġiku | Nuċċali intelliġenti ġdid – Reġistru Teknoloġiku |
|
Can We Auto-Correct Humanity? ta’ Prince Ea.
Diska dwar l-effett tat-teknoloġija fuq il-komunikazzjoni bejn il-bnedmin użata fir-riżorsa Nuċċali intelliġenti ġdid.
R1 K1 – Naqra bis-sens, b’leħen ċar, b’ritmu mexxej u b’kunfidenza, ġeneri differenti ta’ kitba ta’ bosta kittieba…
R2 K4 – Naqra b’vuċi għolja u b’mod korrett, ħaj u espressiv, b’intonazzjoni u waqgħat tal-leħen skont kif titlob il-punteġġjatura tat-test li qed naqra biex min qed jismagħni jifhem sewwa l-ħsieb u l-messaġġ li jrid iwassal it-test.
Is-Surmast: Stejjer veri li qatt ma ġraw ta’ Charles Casha (Claire Zahra De Domenico)
Silta b’tema Soċjali
R3 K6 Nislet minn testi tal-qari argumentattivi ħfief, narrattivi, deskrittivi u fattwali, l-ideat ewlenin minn dawk sekondarji u nagħtihom bil-fomm jew bil-kitba f’taqsira jew punti waqt li nżomm f’moħħi l-iżvilupp tematiku, it-tifsira tal-ħsibijiet u l-mixja tal-ġrajja/iet.
Id-Diskriminazzjoni u l-Ibbuljar (PDF / DOC) (Paul Gatt)
Il-Proġett Kotba fil-But
Kotba Klassiċi online adattati għall-Malti minn Norman C Borg