L-Alfabett – Il-Kinder



L-alfabett

Inħeġġukom taraw din il-preżentazzjoni qasira dwar l-alfabett Malti. Inħeġġukom ukoll tużaw is-sekwenza tal-alfabett li tidher fil-preżentazzjoni.

L-alfabett Malti: preżentazzjoni għall-għalliema

Hawn taħt issibu riżorsa biex tintuża fuq il-bord intelliġenti mat-tfal tas-snin bikrin.

L-alfabett Malti: preżentazzjoni biex tintuża mat-tfal


L-alfabett kantat

L-alfabett Malti kantat mill-kor ‘Ilħna Ferrieħa’ tal-Iskola Primarja San Franġisk ta’ Birkirkara.

L-idea oriġinali tal-Kap tal-Iskola Sr Giovannita Briffa. Il-kliem tal-kanzunetta huwa ta’ Pauline Spiteri u ta’ Sr Giovannita stess. Il-mużika kitbitha Pauline Spiteri. Il-kanzunetta ġiet irrekordjata minn Andrew Zammit f’Tone Studios, Birkirkara.

Lista ta’ kliem f’ordni alfabetika

Listi ta kliem

Lista ta’ kliem f’ordni alfabetika li tista’ tintuża mill-għalliema tas-snin bikrin waqt it-taħriġ li jagħmlu għall-għarfien tal-ewwel ittra fi kliem. Kull kelma fiha l-istampa marbuta magħha. Din ir-riżorsa tista’ tintuża wkoll mal-istudenti li għadhom qed jitgħallmu l-Malti biex iwessgħu l-vokabularju tagħhom. Din ir-riżorsa tħejjiet minn Josette Baldacchino.  

Ikklikkja fuq l-ittri biex tniżżel il-preżentazzjoni rispettiva.

a b ċ d e
f ġ g h
ħ i ie j k
l m n o p
q r s t u
v w x ż z

Kanzunetta għal kull ittra tal-alfabett (Ikklikkja biex tisma’ l-kanzunetta)

Kanzunetti miktuba u kantati minn Leontine Spiteri u kompożizzjoni ta’ Augusto Cardinali.

Kull taqbila hija abbinata ma’ ittra tal-alfabett.  L-istess ħoss tal-ittra hu rrepetut diversi drabi fi kliem differenti matul it-taqbila biex b’hekk it-tfal jisimgħu u jibdew jagħrfu l-ħoss tal-ittra partikolari u  jidentifikaw kliem li jibda u/jew ikun fih l-istess ħoss tal-ittra tal-alfabett.

Spjega Il-lirika a b
ċ d e f
ġ g   h
ħ i ie j
k l m n
o p q r
s t u v
w x ż z

L-alfabett ittra ittra bil-kant u bl-istejjer

L-alfabett Malti kantat mit-tfal tal-Ewwel Sena tal-Iskola Primarja ta’ Birkirkara, fil-Kulleġġ Santa Tereża.

L-idea ta’ dan il-proġett hija tal-għalliema tal-Ewwel Sena, is-Sa Graziella Micallef. Hija għamlet strofa għal kull ittra tal-alfabett biex it-tfal ikantawhom u b’hekk  jitgħallmu l-ittri kollha b’mod divertenti. Barra l-mużika kitbet ukoll storja qasira u ħelwa fuq kull ittra. L-għalliema jistgħu jużaw dawn l-għanjiet u l-istejjer waqt it-tagħlim tagħhom. Il-produzzjoni viżiva ħa ħsiebha s-Sur Mario Demanuele.

Kantata Moqrija
a a
b b
ċ ċ
d d
e e
f f
ġ ġ
g g
h h
ħ ħ
i i
ie ie
j j
k k
l l
m m
n n
o o
p p
q q
r r
s s
t t
u u
v v
w w
x x
ż ż
z z


Taħriġ fuq l-ewwel ittra tal-kelma. (Josette Baldacchino)

L-ewwel ittra tal-kelma