Stampa Storja għat-3 Sena tal-Primarja

Pakkett ta’ riżorsi li jgħin ’l-istudenti tat-tielet sena tal-primarja fil-kitba ta’ storja dwar stampa. L-istampi kollha jinsabu fi preżentazzjoni waħda. L-għalliema jistgħu jagħżlu waħda li jkunu ser jiddiskutu fil-klassi u juruha fuq il-bord interattiv. Fil-pakkett tar-riżorsi hemm ukoll dokument għal kull storja b’mistoqsijiet li jgħinu fid-diskussjoni. Hemm ukoll dokument għal kull storja b’għajnuniet siewja biex l-istudenti jkunu ggwidati kif jiktbu l-istorja. Il-mistoqsijiet huma llivellati biex jilħqu l-livelli differenti tal-istudenti.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dan il-pakkett ta’ riżorsi.

Dahla Stampa

Għanjiet ferrieħa għas-snin bikrin

Musical NotesTnax-il għanja ferrieħa għall-Kinder. Ideali bħala eżerċizzju fil-ħila tas-smigħ u kif ukoll biex l-istudenti jkabbru l-vokabolarju.

Miktuba minn Rita Gatt, Joan Bugeja, Josephine Sammut, M. V. Vassallo, Maria Attard u Omar Seguna, kompożitur tal-mużika: Joe Brown, kantati minn Ritianne Azzopardi u Emma Turner Brown. Produzzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

Il-kanzutetti huma:

Ikklikkja hawn biex tniżżel il-lirika tal-kanzunetti (PDF  /  DOC)

Leli l-Lapes ĠoĠo l-Ġurdien Il-Pustier
Kemm Nixtieq In-Nannakola Xemx u Xita
Strixxi Bojod… Strixxi Suwed… Oqgħod Attent L-Għaġina tal-Kulur Il-Kuluri
Piċu Piċu Il-Pupu Tiegħi L-Kostum Tiegħi

Riżorsi dwar Kuluri, Forom u Ħsejjes

Sett ta’ riżorsi għas-snin bikrin dwar il-ħsejjes, forom 3D u kuluri u forom.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi fuq idea tal-għalliema tal-Kinder tal-iskola Primarja tal-Marsa, Kulleġġ San Ġorġ Preca.

Forom 3d Kuluri u forom Hsejjes stampa

Lista ta’ kotba tal-qari supplimentari bil-Malti.

reading a bookId-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu bi pjaċir jinforma lill-għalliema tal-primarja ul-ġenituri li qiegħed jipprovdi lista aġġornata ta’ kotba tal-qari bil-Malti tajbin u xierqa għall-istudenti tal-iskejjel primarji.

Id-Dipartiment jgħarraf lill-pubblikaturi u d-distributuri ta’ kotba tal-qari bil-Malti li kull min jixtieq jissottometti l-kotba tiegħu għall-evalwazzjoni huwa mitlub jagħmel dan billi jgħaddi l-kotba lis-Sur John Farrugia, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, Triq Joe Abela Scolaro, il-Ħamrun.

DCM 018 – Il-lista aġġornata ta’ kotba tal-qari bil-Malti (Diċembru 2016).

DCM 018 – Ċirkulari dwar il-Lista ta’ Kotba għall-qari supplimentari.