Riżorsi dwar Kuluri, Forom u Ħsejjes

Sett ta’ riżorsi għas-snin bikrin dwar il-ħsejjes, forom 3D u kuluri u forom.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi fuq idea tal-għalliema tal-Kinder tal-iskola Primarja tal-Marsa, Kulleġġ San Ġorġ Preca.

Forom 3d Kuluri u forom Hsejjes stampa

Lista ta’ kotba tal-qari supplimentari bil-Malti.

reading a bookId-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu bi pjaċir jinforma lill-għalliema tal-primarja ul-ġenituri li qiegħed jipprovdi lista aġġornata ta’ kotba tal-qari bil-Malti tajbin u xierqa għall-istudenti tal-iskejjel primarji.

Id-Dipartiment jgħarraf lill-pubblikaturi u d-distributuri ta’ kotba tal-qari bil-Malti li kull min jixtieq jissottometti l-kotba tiegħu għall-evalwazzjoni huwa mitlub jagħmel dan billi jgħaddi l-kotba lis-Sur John Farrugia, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, Triq Joe Abela Scolaro, il-Ħamrun.

DCM 018 – Il-lista aġġornata ta’ kotba tal-qari bil-Malti (Diċembru 2016).

DCM 018 – Ċirkulari dwar il-Lista ta’ Kotba għall-qari supplimentari.

Riżorsi għall-Barranin fis-Sekondarja

Preżentazzjonijiet biex jgħinu lill-istudenti  barranin fil-lessiku.  Dawn huma  dwar il-karatteristiċi ta’ bliet u rħula Maltin, xi nsibu fil-garaxx, xi nsibu fil-living room, reċipjenti u pożati, kejl – użin u qisien.  Nirringrazzjaw lil Josette Baldacchino li ħejjiet dawn ir-riżorsi.

bliet-u-rhularecipjenti-u-pozatiuzin-u-qisiengaraxxliving-room