Merħba bik fil-Bank tar-Riżorsi tal-Malti

Il-ħsieb ewlieni ta’ dan is-sit huwa li jaqdi lill-għalliema tal-kinder, tal-primarja  u tas-sekondarja fit-tagħlim tal-ilsien sabiħ tagħna u jgħin lill-ġenituri u lill-istudenti jitgħallmu u jieħdu gost bil-lingwa tagħna. Għaldaqstant, jekk għandek xi mistoqsija fuq il-Malti, tista’ tibgħathielna. Jekk, mill-banda l-oħra, għandek xi riżorsi għat-tagħlim tal-Malti u tixtieq taqsamhom magħna, ibgħathomlna, u dawn jitilgħu fis-sit f’ismek.

Dejjem tagħkom,

Doreen Coleiro, George Mifsud u David Muscat

Uffiċjali Edukattivi tal-Malti