Lezzjoni kumplimentari

pupaĦajr lill-għalliema Josette Bezzina mill-Iskola Primarja ta’ Birżebbuġa (Kulleġġ San Benedittu) talli għoġobha taqsam magħna ftit ideat fuq kif użat it-taqbila tradizzjonali “Il-Pupa Tiegħi” waqt il-lezzjonijiet kumplimentari tal-Malti.

Din ir-riżorsa ssibuha fit-taqsima tar-Riżorsi tat-Tieni Sena.


 


Aktar taħriġ għall-ġenituri

Fis-26 ta’ Jannar 2010 ltqajna mal-ġenituri fl-iskola primarja ta’ San Ġwann. Tħadditna magħhom fuq l-aħħar aġġornamenti tar-regoli tal-ortografija tal-Malti.

Ħadna pjaċir bl-interess li wrew dawn il-ġenituri biex huma wkoll ikunu jafu dawn ir-regoli ħalli jkunu jistgħu jgħinu aħjar lil uliedhom.

Prosit!

tajjebProsit lill-iskola primarja t’Għajnsielem, mill-Kulleġġ t’Għawdex!

Idħol fil-blogg tal-iskola  u ssib tliet logħbiet edukattivi li saru dan l-aħħar bil-kompjuter mill-għalliem Etienne Vella, marbuta mat-tagħlim tan-numri bil-Malti.